4.8.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 253/26
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Ġunju 2014 – Kampol vs UASI – Colmol (Nobel)
(Kawża T-382/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Nobel - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti NOBEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 253/37
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Kampol sp. z o.o. (Świdnica, il-Polonja) (rappreżentant: J. Kępiński, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Colmol-Colchões, SA (Oliveira de Azeméis, il-Portugall)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-21 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 2286/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Colmol – Colchões, SA u Kampol-K. Humiński & syn sp. z o.o.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kampol sp. z o.o. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 355, 17.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy