22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 — Ferienhäuser zum See vs UASI — Sunparks Groep (Sun Park Holidays)
(Kawża T-383/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva Sun Park Holidays - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti Sunparks Holiday Parks - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 52/65
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ferienhäuser zum See GmbH (Marienmünster, il-Ġermanja) (rappreżentanti: M. Boden u I. Höfener, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Sunparks Groep NV (Den Haan, il-Belġju)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tal-25 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 1928/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sunparks Groep NV u Ferienhäuser zum See GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 355, 17.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy