15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Singer vs UASI — Cordia Magyarország (CORDIO)
(Kawża T-388/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali CORDIO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti CORDIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 45/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Daniela Singer (Obertrubach, il-Ġermanja) (rappreżentant: B. Korom, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Cordia Magyarország Ingatlanforgalmazó Zrt (Budapest, l-Ungerija) (rappreżentant: A. Nagy, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1842/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Cordia Magyarország Ingatlanforgalmazó Zrt u Daniela Singer.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Daniela Singer għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-UASI.
(3)
Cordia Magyarország Ingatlanforgalmazó Zrt għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 331, 27.10.2012.
Full & Egal Universal Law Academy