9.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 81/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-22 ta’ Jannar 2015 – Tsujimoto vs UASI – Kenzo (KENZO)
(Kawża T-393/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja KENZO - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti KENZO - Raġuni relattiva għal rifjut - Reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009 - Produzzjoni tardiva ta’ dokumenti - Setgħa diskrezzjonali tal-Bord tal-Appell - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 081/19)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Kenzo Tsujimoto (Osaka, il-Ġappun) (rappreżentant: A. Wenninger-Lenz, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Kenzo (Pariġi, Franza) (rappreżentanti: P. Roncaglia, G. Lazzeretti u N. Parrotta, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI tad-29 ta’ Mejju 2012 (Każ R 1659/2011-2), fir-rigward ta’ proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kenzo u Kenzo Tsujimoto.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Kenzo Tsujimoto huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 355, 17.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy