29.2.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 78/13
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-19 ta’ Jannar 2016 – Mitsubishi Electric vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-409/12) (1)
((“Kompetizzjoni - Akkordji - Suq tal-proġetti li jirrigwardaw switchgear iżolat bil-gass - Deċiżjoni meħuda wara l-annullament parzjali tad-deċiżjoni inizjali mill-Qorti Ġenerali - Multi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Drittijiet tad-difiża - Ugwaljanza fit-trattament - Proporzjonalità - Żball ta’ evalwazzjoni - Ammont inizjali - Livell ta’ kontribuzzjoni għall-ksur - Koeffiċjent ta’ dissważjoni”))
(2016/C 078/21)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Mitsubishi Electric Corp. (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: R. Denton, J. Vyavaharkar, R. Browne, L. Philippou, M. Roald u J. Robinson, Solicitors, u K. Haegeman, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Khan u P. Van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 4381, tas-27 ta’ Ġunju 2012, li temenda d-Deċiżjoni C (2006) 6762 finali, tal-24 ta’ Jannar 2007, dwar proċedura skont l-Artikolu 81 [KE] (li sar l-Artikolu 101 TFUE) u l-Artikolu 53 tal-Ftehim ŻEE sal-punt li kienet indirizzata lil Mitsubishi Electric Corp. u Toshiba Corp. (Każ COMP/39.966 – Switchgear Iżolat bil-Gass – Multi), sa fejn tirrigwarda lir-rikorrenti, u sussidjarjament, talba għall-emenda tal-Artikolu 1 tal-istess deċiżjoni sabiex jiġi rrevokat, jew fin-nuqqas ta’ dan, imnaqqas l-ammont tal-multa imposta fuq ir-rikorrenti.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Mitsubishi Electric Corp. hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 343, 10.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy