14.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 112/29
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2014 – HP Health Clubs Iberia vs UASI – Shiseido (ZENSATIONS)
(Kawża T-416/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva ZENSATIONS - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZEN - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ammissibbiltà tat-talbiet tal-intervenjent - Artikolu 46 tar-Regoli tal-Proċedura - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75, l-ewwel sentenza, tar-Regolament Nru 207/2009 - Eżami ex officio tal-fatti - Artikolu 76(1) tar-Regolament Nru 207/2009”])
2014/C 112/38
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: HP Health Clubs Iberia, SA (Barcelona, Spanja) (rappreżentant: S. Serrat Viñas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Shiseido Company Ltd (Tokjo, il-Ġappun) (rappreżentanti: B. Moreau-Margotin, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 2212/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Shiseido Company Ltd u HP Health Clubs Iberia, SA.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
It-talbiet ta’ Shiseido Company Ltd, għajr dik intiża essenzjalment għaċ-ċaħda tar-rikors, huma miċħuda bħala manifestament inammissibbli.
3)
HP Health Clubs Iberia, SA għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (trade marks u disinni) (UASI).
4)
Shiseido Company għandha tbati l-ispejjeż rispettivi tagħha.
(1) ĠU C 355, 17.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy