1.9.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 292/37
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Lulju 2014 – Sport Eybl & Sports Experts vs UASI – Elite Licensing (e)
(Kawża T-425/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja figurattiva e - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti e - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 292/45
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Sport Eybl & Sports Experts GmbH (Wels, l-Awstrija) (rappreżentant: B. Gumpoldsberger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Elite Licensing Company SA (Fribourg, l-Isvizzera) (rappreżentant: J. Albrecht, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Ġunju 2012 (Każ R 881/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Elite Licensing Company SA u Sport Eybl & Sports Experts GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sport Eybl & Sports Experts GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 355, 17.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy