28.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 129/20
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Marzu 2014 – Heinrich vs UASI – Il-Kummissjoni (European Network Rapid Manufacturing)
(Kawża T-430/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja figurattiva European Network Rapid Manufacturing - Raġuni assoluta għal rifjut - Imitazzjoni tal-emblema ta’ organizzazzjoni internazzjonali intergovernattiva - Artikolu 7(1)(h) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 6b tal-Konvenzjoni ta’ Pariġi”])
2014/C 129/26
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Heinrich Beteiligungs GmbH (Witten, il-Ġermanja) (rappreżentant: A. Theis, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Il-Kummissjoni Ewropea
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Lulju 2012 (Każ R 793/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Kummissjoni Ewropea u Heinrich Beteiligungs GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Heinrich Beteiligungs GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 355, 17.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy