22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Jannar 2014 — Steiff vs UASI (Buttuna tal-metall f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal)
(Kawża T-433/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja li tikkonsisti fit-twaħħil ta’ buttuna f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 52/66
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Margarete Steiff GmbH (Giengen an der Brenz, il-Ġermanja) (rappreżentant: D. Fissl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-23 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1693/2011-1), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni ta’ sinjal li jikkonsisti fit-twaħħil ta’ buttuna tal-metall f’nofs il-widna ta’ ġugarell artab fil-forma ta’ annimal bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Margarete Steiff GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 366, 24.11.2012.
Full & Egal Universal Law Academy