10.12.2018
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 445/14
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Ottubru 2018 – Bacardi vs EUIPO – Palírna U zeleného stromu (42 BELOW)
(Kawża T-435/12) (1)
((“Trade mark tal-Unjoni Ewropea - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark figurattiva tal-Unjoni Ewropea 42 BELOW - Trade mark figurattiva nazzjonali preċedenti mhux irreġistrata VODKA 42 - Raġuni relattiva għal rifjut - Artikolu 8(4) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 (li sar l-Artikolu 8(4) tar-Regolament (UE) 2017/1001) - Użu fil-kummerċ - Applikazzjoni tad-dritt nazzjonali mill-EUIPO”))
(2018/C 445/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Bacardi Co. Ltd (Vaduz, Liechtenstein) (rappreżentanti: inizjalment minn M. Reinisch, sussegwentement minn A. Parassina, L. Rigas u L. Lorenc, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju tal-Proprjetà Intellettwali tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment minn P. Geroulakos, sussegwentement minn D. Gája u D. Walicka, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-EUIPO, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Palírna U zeleného stromu a. s., li kienet Granette & Starorežná Distilleries a.s. (Ústí nad Labem, ir-Repubblika Ċeka) (rappreżentant: T. Chleboun, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-EUIPO tad-9 ta’ Lulju 2012 (Każ R 2100/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Granette & Starorežná Distilleries u Bacardi.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Bacardi Co. Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 379, 8.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy