11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 — Equinix (Germany) vs UASI — Acotel (ancotel.)
(Kawża T-443/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ancotel. - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti ACOTEL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 9/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Equinix (Germany) GmbH, li kienet ancotel GmbH (Frankfurt am Main, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Truelsen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Acotel SpA (Ruma, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-3 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1895/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Acotel SpA u ancotel GmbH, li saret Equinix (Germany) GmbH.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Equinix (Germany) GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 379, 08.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy