24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/32
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Novartis vs UASI – Tenimenti Angelini (LINEX)
(Kawża T-444/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali LINEX - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti LINES PERLA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 76(1) in fine, tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament Nru 207/2009”])
2014/C 421/44
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Novartis AG (Bâle, l-Isvizzera) (rappreżentanti: M. Douglas, avukat)
Konvenut: L- Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Bullock, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tenimenti Angelini SpA (Montalcino, l-Italja) (rappreżentant: R. Almaraz Palmero, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 414/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tenimenti Angelini SpA u Novartis AG.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 414/2011-4) hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mir-rikorrenti.
3)
L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 399, 22.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy