10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/39
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Koscher + Würtz vs UASI – Kirchner & Wilhelm (KW SURGICAL INSTRUMENTS)
(Kawża T-445/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark figurattiva KW SURGICAL INSTRUMENTS - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti Ka We - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Proċedura għat-tressiq ta’ kawża - Firxa tal-eżami li għandu jsir mill-Bord tal-Appell - Prova tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Rikors ippreżentat quddiem id-Diviżjoni tal-Oppożizzjoni - Rifjut tar-reġistrazzjoni tat-trade mark li saret applikazzjoni għaliha mingħajr evalwazzjoni minn qabel tal-kundizzjoni tal-użu ġenwin mit-trade mark preċedenti - Żball ta’ liġi - Setgħa ta’ riforma”))
2014/C 395/47
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Koscher + Würtz GmbH (Spaichingen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, A. Verhauwen, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, J. Vogtmeier u A. Kramer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Kirchner & Wilhelm GmbH + Co. (Asperg, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Dönch, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1675/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Kirchner & Wilhelm GmbH + Co. u Koscher + Würtz GmbH.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1675/2011-4), dwar proċediment ta’ oppożizzjoni bejn Kirchner & Wilhelm GmbH + Co. u Koscher + Würtz GmbH, hija annullata.
2)
Ir-rikors huwa miċħud għall-bqija.
3)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll nofs l-ispejjeż ta’ Koscher + Würtz quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.
4)
Koscher + Würtz għandha tbati nofs l-ispejjeż tagħha quddiem il-Bord tal-Appell u quddiem il-Qorti Ġenerali.
(1) ĠU C 379, 08.12.2012
Full & Egal Universal Law Academy