30.11.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 352/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2013 — Zoo Sport vs UASI — K-2 (zoo sport)
(Kawża T-455/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva ZOO Sport - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti ZOOT u trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti SPORTS ZOOT SPORTS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2013/C 352/29
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Zoo Sport Ltd (Leeds, ir-Renju Unit) (rappreżentant: I. Rungg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: K-2 Corp. (Seattle, l-Istati Uniti) (rappreżentant: M. Graf, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 1395/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn K-2 Corp. u Zoo Sport Ltd.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Zoo Sport Ltd hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 399, 22.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy