14.9.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 302/43
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Lulju 2015 – AGC Glass Europe et vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-465/12) (1)
((“Kompetizzjoni - Proċedura amministrattiva - Suq Ewropew tal-ħġieġ tal-vetturi - Pubblikazzjoni ta’ deċiżjoni li tikkonstata ksur tal-Artikolu 81 KE - Ċaħda ta’ talba intiża sabiex jinkiseb it-trattament kunfidenzjali ta’ informazzjoni li l-Kummissjoni trid tippubblika - Obbligu ta’ motivazzjoni - Kunfidenzjalità - Sigriet professjonali - Programm ta’ klemenza - Aspettattivi leġittimi - Ugwaljanza fit-trattament”))
(2015/C 302/55)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: AGC Glass Europe (Brussell, il-Belġju); AGC Automotive Europe SA (Fleurus, il-Belġju); AGC France SAS (Boussois, Franza); AGC Flat Glass Italia Srl (Cuneo, l-Italja); AGC Glass UK Ltd (Northampton, ir-Renju Unit); AGC Glass Germany GmbH (Wegberg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: L. Garzaniti, J. Blockx, P. Niggemann, A. Burckett St Laurent, avukati, u S. Ryan, solicitor)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Kellerbauer, G. Meessen u P. Van Nuffel, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 5719 finali, tas-6 ta’ Awwissu 2012, li tiċħad talba għal trattament kunfidenzjali mressqa minn AGC Glass Europe SA, AGC Automotive Europe SA, AGC Franza SAS, AGC Flat Glass Italia Srl, AGC Glass UK Ltd u AGC Glass Germany GmbH, skont l-Artikolu 8 tad-Deċiżjoni 2011/695/UE tal-President tal-Kummissjoni Ewropea tat-13 ta’ Ottubru 2011 dwar il-funzjoni u t-termini ta’ referenza tal-Uffiċjal tas-Seduta f’ċerti proċedimenti dwar il-kompetizzjoni (Każ COMP/39.125 – Ħġieġ tal-vetturi).
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
AGC Glass Europe SA, AGC Automotive Europe SA, AGC France SAS, AGC Flat Glass Italia Srl, AGC Glass UK Ltd u AGC Glass Germany GmbH huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 379, 08.12.2012.
Full & Egal Universal Law Academy