10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/40
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-25 ta’ Settembru 2014 – Giorgis vs UASI – Comigel (Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati)
(Kawża T-474/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Trade mark Komunitarja tridimensjonali - Forma ta’ żewġ tazzi tax-xorb ippakkjati - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Assenza ta’ karattru distintiv miksub bl-użu - Artikolu 7(1)(b) u (3) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
2014/C 395/48
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Giorgio Giorgis (Milan, l-Italja) (rappreżentanti: I. Prado u A. Tornato, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: I. Harrington, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Comigel SAS (Saint-Julien-Lès-Metz, Franza) (rappreżentanti: S. Guerlain, J. Armengaud u C. Mateu, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-26 ta’ Lulju 2012 (Każ R 1301/2011-1), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn Comigel SAS u G. Giorgis.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
G. Giorgis huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 9, 12.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy