22.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 52/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2014 — LaserSoft Imaging vs UASI (WorkflowPilot)
(Kawża T-475/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali WorkflowPilot - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 52/68
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: LaserSoft Imaging AG (Kiel, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Hunnekuhl, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: D. Walicka, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 480/2012-4), dwar applikazzjoni għal reġistrazzjoni tas-sinjal verbali WorkflowPilot bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
LaserSoft Imaging AG hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 9, 12.1.2013.
Full & Egal Universal Law Academy