2.2.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 34/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-11 ta’ Diċembru 2014 – Saint-Gobain Glass Deutschland vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-476/12) (1)
((“Aċċess għad-dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Regolament (KE) Nru 1367/2006 - Dokumenti dwar l-installazzjonijiet tar-rikorrenti li jinsabu fil-Ġermanja u li huma kkonċernati mis-sistema ta’ skambju ta’ kwoti ta’ emissjonijiet ta’gassijiet serra - Rifjut parzjali ta’ aċċess - Informazzjoni ambjentali - It-tieni sentenza tal-Artikolu 6(1) tar-Regolament Nru 1367/2006 - Eċċezzjoni dwar il-protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Dokumenti li joriġinaw minn Stat Membru - Oppożizzjoni mill-Istat Membru - Artikolu 4(3) u (5) tar-Regolament Nru 1049/2001”))
(2015/C 034/37)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH (Aachen, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Altenschmidt u C. Dittrich, avukati)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: inizjalment P. Costa de Oliveira u H. Krämer, sussegwentement H. Krämer u M. Konstantinidis, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-4 ta’ Settembru 2012, kif ukoll, sussidjarjament, tad-deċiżjoni impliċita tal-Kummissjoni tal-25 ta’ Settembru 2012 u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tas-17 ta’ Jannar 2013, li tirrifjuta l-aċċess integrali għal-lista mibgħuta mir-Repubblika Federali tal-Ġermanja lill-Kummissjoni, fil-kuntest tal-proċedura prevista fl-Artikolu 15(1) tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2011/278/UE, tas-27 ta’ April 2011, li tiddetermina regoli tranżitorji madwar l-Unjoni kollha għal allokazzjoni armonizzata mingħajr ħlas tal-kwoti tal-emissjonijiet skont l-Artikolu 10a tad-Direttiva 2003/87/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 130, p. 1), sa fejn dan id-dokument jinkludi informazzjoni dwar ċerti installazzjonijiet tar-rikorrenti, li jinsabu fit-territorju Ġermaniż, li jirrigwardaw allokazzjonijiet proviżorji kif ukoll l-attivitajiet u l-livelli ta’ kapaċità fir-rigward tal-emmissjonijiet tad-diossidu tal-karbonju (CO2) matul is-snin mill-2005 sal-2010, l-effiċjenza tal-installazzjonijiet u l-kwoti ta’ emmissjonijiet fis-sena proviżorjament allokati għall-perijodu mill-2013 sal-2020.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Saint-Gobain Glass Deutschland GmbH għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 9, 12.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy