3.11.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 363/27
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Settembru 2015 – Nestlé Unternehmungen Deutschland vs UASI – Lotte (Rappreżentazzjoni ta’ koala)
(Kawża T-483/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva li tirrappreżenta lill-koalas - Trade marks nazzjonali tridimensjonali preċedenti KOALA-BÄREN u figurattivi preċedenti KOALA - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 42(2) u (3) tar-Regolament (KE) Nruo207/2009”])
(2015/C 363/35)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH (Francfort-sur-le-Main, il-Ġermanja) (rappreżentanti: A. Jaeger-Lenz u P. Blumenthal, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: D. Walicka u D. Botis, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Lotte Co. Ltd (Tokyo, il-Ġappun) (rappreżentanti: M. Knitter u H. Bickel, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tat-3 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2103/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nestlé Schöller GmbH & Co. KG u Lotte Co. Ltd.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) tat-3 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2103/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nestlé Schöller GmbH & Co. KG u Lotte Co. Ltd, hija annullata.
2)
L-UASI għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk ta’ Nestlé Unternehmungen Deutschland GmbH.
3)
Lotte Co. Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 26, 26.1.2013.
Full & Egal Universal Law Academy