10.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 175/38
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ April 2014 – CITEB u Belgo-Metal vs Il-Parlament
(Kawża T-488/12) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal xogħlijiet - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni tal-binja Eastman fi Brussell - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent - Komunikazzjoni tar-rapport tal-kumitat tal-evalwazzjoni - Obbligu ta’ motivazzjoni”))
2014/C 175/51
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Cit Blaton SA (CITEB) (Schaerbeek, il-Belġju); u Belgo-Metal (Wetteren, il-Belġju) (rappreżentant: R. Simar, avukat)
Konvenut: Il-Parlament Ewropew (rappreżentanti: F. Poilvache u L. Fedel, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Parlament, tas-7 ta’ Settembru 2012, li tiċħad l-offerta sottomessa mir-rikorrenti fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt tad-19 ta’ Mejju 2012, ippubblikat fis-Suppliment għall-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 92-1563620) u bir-referenza INLO.AO-2012-005-BRU-UPIB-02, dwar it-twettiq ta’ xogħlijiet ta’ rinnovazzjoni u ta’ estensjoni tal-binja Eastman fi Brussell (il-Belġju) u li tagħti dan il-kuntratt lil offerent ieħor.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Cit Blaton SA (CITEB) u Belgo-Metal huma kkundannati għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 9, 12.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy