10.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 395/41
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Settembru 2014 – Arnaldo Mondadori Editore vs UASI – Grazia Equity (GRAZIA)
(Kawża T-490/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali GRAZIA - Trade mark nazzjonali figurattiva preċedenti GRAZIA - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ xebh tal-prodotti - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009 - Reputazzjoni - Assenza ta’ rabta bejn it-trade marks inkwistjoni”])
2014/C 395/50
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Arnoldo Mondadori Editore SpA (Milano, l-Italja) (rappreżentanti: G. Dragotti, R. Valenti u S. Balice, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Grazia Equity GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: M. Müller, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1958/2010-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Arnoldo Mondadori Editore SpA u Grazia Equity GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Arnoldo Mondadori Editore SpA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy