3.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 388/12
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-24 ta’ Settembru 2014 – Sanofi vs UASI – GP Pharm (GEPRAL)
(Kawża T-493/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Reġistrazzjoni internazzjonali li tindika lill-Komunità Ewropea - Trade mark verbali GEPRAL - Trade mark internazzjonali verbali preċedenti DELPRAL - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 388/14
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Sanofi (Pariġi, Franza) (rappreżentant: C. Hertz-Eichenrode, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: GP Pharm, SA (Sant Quinti de Mediona, Spanja)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Awla tal-Bord tal-Appell tal-UASI, tal-5 ta’ Settembru 2012 (Każ R 201/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi SA u GP Pharm SA.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), tal-5 ta’ Settembru 2012 (Każ R 201/2012-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Sanofi SA u GP Pharm SA, hija annullata.
2)
L-UASI huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy