20.10.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 372/16
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Settembru 2014 – Biscuits Poult vs UASI – Banketbakkerij Merba (Biscuit)
(Kawża T-494/12) (1)
([(“Disinn Komunitarju - Proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità - Disinn Komunitarju rreġistrat li jirrappreżenta gallettina maqsuma - Raġuni għal invalidità - Assenza ta’ karattru individwali - Artikoli 4, 6 u Artikolu 25(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 6/2002”)])
2014/C 372/20
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrenti: Biscuits Poult SAS (Montauban, Franza) (rappreżentant: C. Chapoullié, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Banketbakkerij Merba BV (Oosterhout, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: M. Abello, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tat-Tielet Bord tal-Appell tal-UASI, tat-2 ta’ Awwissu 2012 (Każ R 914/2011-3), dwar proċedimenti għal dikjarazzjoni ta’ invalidità bejn il-Banketbakkerij Merba BV u l-Biscuits Poult SAS.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Biscuits Poult SAS għandha tbati l-ispejjeż tagħha stess kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u mill-Banketbakkerij Merba BV.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy