19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Settembru 2015 – Ir-Renju Unit vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-503/12) (1)
((“FAEGG - Sezzjoni ‘Garanzija’ - FAEG u FAEŻR - Infiq eskluż mill-finanzjament - Skema ta’ pagament uniku - Verifiki ewlenin - Verifiki sekondarji”))
(2015/C 346/16)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (rappreżentanti: inizjalment C. Murrell, sussegwentement E. Jenkinson u M. Holt u finalment M. Holt, aġenti, assistiti minn D. Wyatt, QC, u minn V. Wakefield, barrister)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: N. Donnelly, P. Rossi u K. Skelly, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2012/500/UE, tas-6 ta’ Settembru 2012, dwar l-esklużjoni mill-finanzjament tal-Unjoni Ewropea ta’ ċertu nefqa mġarrba mill-Istati Membri skont it-Taqsima ta’ Garanziji tal-Fond Agrikolu Ewropew dwar Gwida u Garanzija (FAEGG), skont il-Fond Agrikolu Ewropew ta’ Garanzija (FAEG) u skont il-Fond Agrikolu Ewropew għall-Iżvilupp Rurali (FAEŻR) (ĠU L 244, p. 11), sa fejn din id-deċiżjoni tirrigwarda erba’ entrati li jinsabu fl-Anness tagħha, dwar korrezzjoni b’rata fissa ta’ 5 % applikata għal infiq magħmul fl-Irlanda ta’ Fuq (ir-Renju Unit) matul is-snin finanzjarji 2008, li kien jammonta għal EUR 277 231,60 u għal EUR 13 671 588,90, u 2009, li kien jammonta għal EUR 270 398,26 u għal EUR 15 844 193,29.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ fuq għandu jbati, minbarra l-ispejjeż rispettivi tiegħu, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 26, 26.1.2013.
Full & Egal Universal Law Academy