22.12.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 462/22
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Novembru 2014 – Murnauer Markenvertrieb vs UASI (NOTFALL CREME)
(Kawża T-504/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva NOTFALL CREME - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Natura deskrittiva - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Ugwaljanza fit-trattament”])
(2014/C 462/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Murnauer Markenvertrieb GmbH (Egelsbach, il-Ġermanja) (rappreżentanti: F. Traub u H. Danie, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Settembru 2012 (Każ R 271/2012 4), dwar talba għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv NOTFALL CREME bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Murnauer Markenvertrieb GmbH hija kundannata li tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż tal-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni (UASI).
(1) ĠU C, 26.1.2013.
Full & Egal Universal Law Academy