30.3.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 107/24
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Frar 2015 – Compagnie des montres Longines, Francillon vs UASI – Cheng (B)
(Kawża T-505/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva B - Trade mark internazzjonali figurattiva preċedenti li tirrappreżenta żewġ ġwienaħ miftuħa - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ ħsara għar-reputazzjoni - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])
(2015/C 107/31)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Compagnie des montres Longines, Francillon SA (Saint-Imier, l-Isvizzera) (rappreżentant: P. González-Bueno Catalán de Ocón, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment F. Mattina, sussegwentement P. Bullock, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Xiuxiu Cheng (Budapest, l-Ungerija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ħames Bord tal-Appell tal-UASI, tal-14 ta’ Settembru 2012 (Każ R 193/2012-5), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Compagnie des montres Longines, Francillon SA u Xiuxiu Cheng.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Compagnie des montres Longines, Francillon SA, hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy