7.4.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 102/36
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-27 ta’ Frar 2014 – Advance Magazine Publishers vs UASI – Nanso Group (TEEN VOGUE)
(Kawża T-509/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali TEEN VOGUE - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti VOGUE - Ammissibbiltà - Klassifikazzjoni tat-talbiet - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Identiċità jew xebh tal-prodotti - Xebh tas-sinjali - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Rifjut parzjali tar-reġistrazzjoni”))
2014/C 102/56
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Advance Magazine Publishers, Inc. (New York, New York, l-Istati Uniti) (rappreżentant: C. Aikens, barrister)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Nanso Group Oy (Nokia, il-Finlandja) (rappreżentant: M. Tuominen, avukat)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tas-17 ta’ Settembru 2012 (Każ R 147/2011-4), li tirrigwarda proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Nanso Group Oy u Advance Magazine Publishers, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Advance Magazine Publishers, Inc., hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy