12.1.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 7/31
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-18 ta’ Novembru 2014 – Conrad Electronic vs UASI – British Sky Broadcasting Group u Sky IP International (EuroSky)
(Kawża T-510/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għal trade mark Komunitarja verbali EuroSky - Trade mark Komunitarja verbali preċedenti SKY - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 007/33)
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Conrad Electronic SE (Hirschau, il-Ġermanja) (rappreżentanti: P. Mes, C. Graf von der Groeben, G. Rother, J. Bühling, J. Künzel, D. Jestaedt, M. Bergermann, J. Vogtmeier u A. Kramer, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Pohlmann, aġent)
Partijiet oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: British Sky Broadcasting Group plc (Isleworth, ir-Renju Unit); u Sky IP International Ltd (Isleworth) (rappreżentanti: J. Barry, solicitor, R. Heine u M. Plesser, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI tal-20 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1138/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn British Sky Broadcasting Group plc u Sky IP International Ltd, minn naħa, u Conrad Electronic SE, min-naħa l-oħra.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Conrad Electronic SE għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI), minn British Sky Broadcasting Group plc u minn Sky IP International Ltd.
(1) ĠU C 26, 26.01.2013.
Full & Egal Universal Law Academy