8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/19
Sentenza tal-Qorti Ġenerali 23 ta’ Jannar 2014 — NCL vs UASI (NORWEGIAN GETAWAY)
(Kawża T-513/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Talba għal trade mark Komunitarja verbali NORWEGIAN GETAWAY - Raġunijiet assoluti għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009)
2014/C 71/32
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: NCL Corporation Ltd (Miami, Florida, l-Istati Uniti) (rappreżentant: N. Grüger, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Schifko, aġent)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Settembru 2006 (Każ R 1014/2012-4), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal verbali NORWEGIAN GETAWAY bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
NCL Corporation Ltd għandha tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll l-ispejjeż sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade Marks u Disinni) (UASI).
(1) ĠU C 26, 26.1.2013.
Full & Egal Universal Law Academy