24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-15 ta’ Ottubru 2014 – El Corte Inglés vs UASI – English Cut (The English Cut)
(Kawża T-515/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja verbali The English Cut - Trade marks nazzjonali verbali u Komunitarji figurattivi preċedenti El Corte Inglés - Raġunijiet relattivi għal rifjut - Assenza ta’ probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Assenza ta’ probabbiltà ta’ assoċjazzjoni - Rabta bejn is-sinjali - Assenza ta’ xebh tas-sinjali - Artikolu 8(5) tar-Regolament Nru 207/2009”])
2014/C 421/45
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: El Corte Inglés, SA (Madrid, Spanja) (rappreżentanti: E. Seijo Veiguela, J. L. Rivas Zurdo u I. Munilla Muñoz, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: The English Cut, SL (Málaga, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1673/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn El Corte Inglés, SA u The English Cut, SL.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
El Corte Inglés, SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 26, 26.1.2013.
Full & Egal Universal Law Academy