24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-16 ta’ Ottubru 2014 – Alro vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-517/12) (1)
((“Għajnuna mill-Istat - Elettriku - Tariffi preferenzjali - Deċiżjoni li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE - Rikors għal annullament - Att li ma jistax jiġi kkontestat - Miżura ta’ għajnuna totalment eżegwita, parzjalment, fid-data tad-deċiżjoni u, parzjalment, fid-data tal-preżentata tar-rikors - Inammissibbiltà”))
2014/C 421/46
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Alro SA (Slatina, ir-Rumanija) (rappreżentanti: C. Quigley, QC, O. Bretz, solicitor, u S. Verschuur, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: É. Gippini Fournier u T. Maxian Rusche, aġenti)
Suġġett
Prinċipalment, talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C (2012) 2517 finali, tal-25 ta’ April 2012, li tinfetaħ il-proċedura prevista fl-Artikolu 108(2) TFUE dwar l-għajnuna mill-Istat SA 33624 (2012/C) (ex 2011/NN) – Ir-Rumanija – Tariffi preferenzjali ta’ elettrikku favur Alro Slatina SA, u, sussidjarjament, talba għal annullament tad-Deċiżjoni C (2012) 2517 finali sa fejn din tapplika għall-perijodu ta’ bejn l-1 ta’ Jannar 2007 u l-31 ta’ Diċembru 2009.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
2)
Alro SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 2.2.2013.
Full & Egal Universal Law Academy