11.1.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 9/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Novembru 2013 — Recaro vs UASI — Certino Mode (RECARO)
(Kawża T-524/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ revoka - Trade mark Komunitarja verbali RECARO - Użu ġenwin mit-trade mark - Artikolu 15(15)(a) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Natura tal-użu mit-trade mark - Ammissibbiltà ta’ provi ġodda - Artikolu 76(2) tar-Regolament Nru 207/2009 - Obbligu ta’ motivazzjoni - Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009)
2014/C 9/38
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrent: Recaro Holding GmbH, li kienet Recaro Beteiligungs-GmbH (Stuttgart, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Weiser, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Certino Mode, SL (Elche, Spanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 1761/2011-1), dwar proċedimenti ta’ revoka bejn Recaro Beteiligungs-GmbH u Certino Mode, SL.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċhud.
(2)
Recaro Holding GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 02.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy