24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Ottubru 2014 – Bermejo Garde vs KESE
(Kawża T-529/12 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Reklutaġġ - Avviż ta’ pożizzjoni vakanti - Ħatra f’pożizzjoni ta’ direttur - Irtirar tal-kandidatura tar-rikorrent - Ħatra ta’ kandidat ieħor - Talbiet għal annullament - Annullament fl-ewwel istanza tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat għal inkompetenza tal-awtur tal-att - Assenza ta’ risposta espliċita għall-motivi u għall-argmenti kollha fformulati mill-partijiet - Prinċipju ta’ amministrazzjoni tajba - Inammissibbiltà tat-talbiet intiżi għall-annullament tad-deċiżjonijiet meħuda abbażi tal-avviż ta’ pożizzjoni vakanti kkontestat - Artikolu 91(2) tar-Regolamenti tal-Persunal - Talba għad-danni - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Obbligu ta’ motivazzjoni mit-Tribunal għas-Servizz Pubbliku - Kawża fi stat li tiġi deċiża - Ċaħda tar-rikors”))
2014/C 421/47
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Appellat: Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: M. Lernhart, aġent, assistit minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-51/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiż għall-annullament parzjali ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla), tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-51/10), hija annullata sa fejn ċaħdet it-talba għad-danni tar-rikorrent mingħajr motivazzjoni.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
It-talba għad-danni fformulata minn Moises Bermejo Garde quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku hija miċħuda.
4)
Moises Bermejo Garde għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati ma’ din l-istanza.
5)
Il-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) għandu jbati l-ispejjeż rispettivi tiegħu relatati kemm mal-istanza quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku u kemm mal-istanza preżenti kif ukoll l-ispejjeż ta’ Moises Bermejo Garde sostnuti fl-ewwel istanza.
(1) ĠU C 55, 23.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy