24.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 421/35
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2014 – Bermejo Garde vs KESE
(Kawża T-530/12 P) (1)
((“Appell - Servizz pubbliku - Uffiċjali - Fastidju psikoloġiku - Attivitajiet illegali li jippreġudikaw l-interessi tal-Unjoni - Nuqqas gravi fit-twettiq tal-obbligi tal-uffiċjali - Artikoli 12a u 22a tar-Regolamenti tal-Persunal - Denunzja mill-appellant - Assenjazzjoni mill-ġdid wara din id-denunzja - Assenza ta’ konsultazzjoni mal-OLAF mis-superjur dirett li rċieva l-informazzjoni - Atti li jikkawżaw preġudizzju - Bona fides - Drittijiet tad-difiża - Kompetenza tal-awtur tal-att”))
2014/C 421/48
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Appellant: Moises Bermejo Garde (Brussell, il-Belġju) (rappreżentant: L. Levi, avukat)
Parti oħra fil-proċedura: Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) (rappreżentanti: inizjalment G. Nijborg, sussegwentement U. Schwab u M. Lernhart, aġenti, assistiti minn B. Wägenbaur, avukat)
Suġġett
Appell mis-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-41/10, li għadha ma ġietx ippubblikata fil-Ġabra), u intiża għall-annullament ta’ din is-sentenza.
Dispożittiv
1)
Is-sentenza tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (L-Ewwel Awla) tal-25 ta’ Settembru 2012, Bermejo Garde vs KESE (F-41/10), hija annullata sa fejn hija tiċħad it-talbiet ta’ Moises Bermejo Garde intiżi għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew (KESE) Nruo133/10 A, tal-24 ta’ Marzu 2010, li twaqqfu milli jeżerċita l-funzjonijiet preċedenti tiegħu u tad-deċiżjoni tal-KESE Nru 184/10 A, tat-13 ta’ April 2010, dwar l-assenjazzjoni mill-ġdid tiegħu.
2)
Il-kumplament tal-appell huwa miċħud.
3)
Il-kawża qiegħda tintbagħat lura quddiem it-Tribunal għas-Servizz Pubbliku.
4)
L-ispejjeż huma rriżervati.
(1) ĠU C 55, 23.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy