17.11.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 409/34
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-7 ta’ Ottubru 2014 – Tifosi Optics vs UASI – Tom Tailor (T)
(Kawża T-531/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva T - Trade mark Komunitarja figurattiva preċedenti T - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 409/49
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Tifosi Optics, Inc. (Watkinsville, l-Istati Uniti) (rappreżentanti: inizjalment A. Tornato u D. Hazan, sussegwentement R. Gilbey, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Folliard-Monguiral, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Tom Tailor GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentanti: O. Gillert, K. Vanden Bossche u B. Köhn-Gerdes, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tas-17 ta’ Settembru 2012 (Każ R 729/2011-2), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Tom Tailor GmbH u Tifosi Optics, Inc.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Tifosi Optics, Inc. għandha tbati l-ispejjeż tagħha, kif ukoll dawk sostnuti mill-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (UASI) u minn Tom Tailor GmbH.
(1) ĠU C 46, 16.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy