12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/33
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Marzu 2014 – Still vs UASI (Fleet Data Services)
(Kawżi magħquda T-534/12 u T-535/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Applikazzjonijiet għat-trade marks Komunitarji figurattivi Fleet Data Services u Truck Data Services - Raġuni assoluta għal rifjut - Karattru deskrittiv - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) u (c) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Dritt għal smigħ - It-tieni sentenza tal-Artikolu 75 tar-Regolament Nru 207/2009”))
2014/C 142/42
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Still GmbH (Hamburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: S. Waller, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: A. Poch, aġent)
Suġġett
Żewġ rikorsi ppreżentati kontra żewġ deċiżjonijiet tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-10 ta’ Settembru 2012 (Każ R 130/2012-1 u Każ R 4/2012-1), dwar applikazzjonijiet għar-reġistrazzjoni, minn naħa, tas-sinjal figurattiv Fleet Data Services u, min-naħa l-oħra, tas-sinjal figurattiv Truck Data Services bħala trade marks Komunitarji.
Dispożittiv
1)
Ir-rikorsi huma miċħuda.
2)
Still GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 32, 02.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy