14.3.2016
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 98/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-28 ta’ Jannar 2016 – Zafeiropoulos vs Cedefop
(Kawża T-537/12) (1)
((“Kuntratti pubbliċi għal servizzi - Proċedura ta’ sejħa għal offerti - Provvista ta’ servizzi mediċi lill-persunal taċ-Cedefop - Ċaħda tal-offerta ta’ offerent u għoti tal-kuntratt lil offerent ieħor - Rifjut li jingħata aċċess għal ċerti dokumenti dwar offerenti oħrajn li pparteċipaw fil-proċedura ta’ sejħa għal offerti - Obbligu ta’ motivazzjoni - Protezzjoni tal-interessi kummerċjali u tar-reputazzjoni - Protezzjoni tad-data personali - Protezzjoni tal-proċess deċiżjonali - Responsabbiltà mhux kuntrattwali”))
(2016/C 098/36)
Lingwa tal-kawża: il-Grieg
Partijiet
Rikorrent: Panteleïmon Zafeiropoulos (Thessaloniki, il-Greċja) (rappreżentanti: M. Kontogiorgos, avukat)
Konvenut: Iċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) (rappreżentanti: M. Fuchs, aġent, assistit inizjalment minn E. Petritsi, sussegwentement minn P. Anestis, avukati)
Suġġett
L-ewwel nett, talba għall-annullament, minn naħa, tad-deċiżjoni taċ-Cedefop tat-8 ta’ Ottubru 2012 li ċaħdet l-offerta ppreżentata mir-rikorrent fil-kuntest ta’ avviż ta’ kuntratt tad-19 ta’ Ġunju 2012, ippubblikat fis-Suppliment tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (ĠU 2012/S 115-189528) dwar il-provvista ta’ servizzi mediċi lill-persunal taċ-Cedefop f’Tessaloniki (il-Greċja), u tad-deċiżjoni taċ-Cedefop tad-9 ta’ Ottubru 2012 li tagħti l-kuntratt finali fl-imsemmi avviż lil offerent ieħor u mhux lir-rikorrent u, min-naħa l-oħra, tad-deċiżjoni taċ-Cedefop li ċaħdet it-talba tar-rikorrent għal aċċess għal ċerti dokumenti fil-kuntest ta’ din il-proċedura ta’ avviż ta’ kuntratt, kif ukoll, it-tieni nett, talba għad-danni għall-ħsara li r-rikorrent sofra bħala konsegwenza tal-ksur allegatament imwettaq miċ-Cedefop.
Dispożittiv
1)
Id-deċiżjoni taċ-Ċentru Ewropew għall-Iżvilupp tat-Taħriġ Vokazzjonali (Cedefop) tat-8 ta’ Ottubru 2012 li ċaħdet l-offerta magħmula minn Panteleïmon Zafeiropoulos fil-kuntest tal-avviż ta’ kuntratt tad-19 ta’ Ġunju 2012 dwar il-provvista ta’ servizzi mediċi lill-persunal taċ-Cedefop f’Tessaloniki (il-Greċja), u d-deċiżjoni taċ-Cedefop tad-9 ta’ Ottubru 2012 li tagħti l-kuntratt finali fl-imsemmi avviż lil offerent ieħor u mhux lil P. Zafeiropoulos huma annullati.
2)
Il-kumplament tar-rikors huwa miċħud.
3)
Iċ-Cedefop għandha tbati l-ispejjeż tagħha u terz tal-ispejjeż ta’ P. Zafeiropoulos.
4)
P. Zafeiropoulos għandu jbati żewġ terzi tal-ispejjeż tiegħu.
(1) ĠU C 46, 16.2.2013.
Full & Egal Universal Law Academy