7.7.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 212/28
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-21 ta’ Mejju 2014 – Bateaux mouches vs UASI (BATEAUX-MOUCHES)
(Kawża T-553/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva BATEAUX MOUCHES - Raġuni assoluta għal rifjut - Assenza ta’ karattru distintiv - Artikolu 7(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009 - Karattru deskrittiv - Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 207/2009 - Assenza tal-karattru deskrittiv miksub bl-użu - Artikolu 7(3) tar-Regolament Nru 207/2009”])
2014/C 212/34
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Compagnie des bateaux mouches SA (Pariġi, Franza) (rappreżentant: G. Barbaut, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: V. Melgar, aġent)
Suġġett
Rikors kontra d-deċiżjoni tat-Tieni Bord tal-Appell tal-UASI, tad-9 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 1709/2011-2), dwar applikazzjoni għar-reġistrazzjoni tas-sinjal figurattiv BATEAUX-MOUCHES bħala trade mark Komunitarja.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Compagnie des bateaux mouches SA hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 23.2.2013.
Full & Egal Universal Law Academy