19.10.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 346/15
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Settembru 2015 – Ministry of Energy in Iran vs Il-Kunsill
(Kawża T-564/12) (1)
((“Politika barranija u ta’ sigurtà komuni - Miżuri restrittivi adottati fil-konfront tal-Iran bil-għan li titwaqqaf il-proliferazzjoni nukleari - Iffriżar ta’ fondi - Obbligu ta’ motivazzjoni - Drittijiet tad-difiża - Dritt għal protezzjoni ġudizzjarja effettiva - Żball ta’ evalwazzjoni - Ksur tad-drittijiet fundamentali - Proporzjonalità”))
(2015/C 346/17)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Ministry of Energy in Iran (Teheran, l-Iran) (rappreżentanti: M. Lester, avukat)
Konvenuta: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: M. Bishop u A. de Elera, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/635/PESK, tal-15 ta’ Ottubru 2012, li temenda d-Deċiżjoni 2010/413/PESK dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 58), u tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) Nru 945/2012, tal-15 ta’ Ottubru 2012 li jimplimenta r-Regolament (UE) Nru 267/2012 dwar miżuri restrittivi kontra l-Iran (ĠU L 282, p. 16)
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Ministry of Energy of Iran huwa kkundannat għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 23.2.2013.
Full & Egal Universal Law Academy