26.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 159/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ April 2014 – Golam vs UASI – Derby Cycle Werke (FOCUS extreme)
(Kawża T-568/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva FOCUS extreme - Trade mark nazzjonali verbali preċedenti FOCUS - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
2014/C 159/31
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Sofia Golam (Ateni, il-Greċja) (rappreżentant: N. Trovas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: J. Crespo Carrillo, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Derby Cycle Werke GmbH (Cloppenburg, il-Ġermanja) (rappreżentant: U. Gedert, avukat)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-Deċiżjoni tar-Raba’ Bord tal-Appell tal-UASI, tas-16 ta’ Ottubru 2012 (Każ R 2327/2011-4), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Derby Cycle Werke GmbH u Sofia Golam.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Sofia Golam hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 63, 02.03.2013
Full & Egal Universal Law Academy