20.4.2015
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 127/21
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tal-4 ta’ Marzu 2015 – Nissan Jidosha vs UASI (CVTC)
(Kawża T-572/12) (1)
([“Trade mark Komunitarja - Applikazzjoni għat-tiġdid tat-trade mark Komunitarja figurattiva CVTC - Tiġdid parzjali - Artikolu 47 tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”])
(2015/C 127/28)
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Nissan Jidosha KK (Yokohama, il-Ġappun) (rappreżentanti: B. Brandreth, barrister, u D. Cañadas Arcas, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: inizjalment minn F. Mattina sussegwentement minn P. Bullock, aġenti)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tas-6 ta’ Settembru 2012 (Każ R 2469/2011-1), dwar applikazzjoni għat-tiġdid tar-reġistrazzjoni tat-trade mark Komunitarja figurattiva CVTC.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Nissan Jidosha KK hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 79, 16.03.2013.
Full & Egal Universal Law Academy