24.6.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 194/23
Sentenza tal-Qorti Ġenerali tat-8 ta’ Mejju 2014 – Pyrox vs UASI – Köb Holzheizsysteme (PYROX)
(Kawża T-575/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Applikazzjoni għat-trade mark Komunitarja figurattiva PYROX - Trade marks nazzjonali verbali preċedenti PYROT - Raġuni relattiva għal rifjut - Probabbiltà ta’ konfużjoni - Artikolu 8(1)(b) tar-Regolament (KE) Nru 207/2009”))
2014/C 194/29
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Pyrox GmbH (Oberhausen, il-Ġermanja) (rappreżentant: T. Eigen, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u G. Schneider, aġenti)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Köb Holzheizsysteme GmbH (Wolfurt, l-Awstrija)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-4 ta’ Ottubru 2012 (Każijiet magħquda R 2187/2011-1 u R 2507/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Köb Holzheizsysteme GmbH u Pyrox GmbH.
Dispożittiv
1)
Ir-rikors huwa miċħud.
2)
Pyrox GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 55, 23.02.2013.
Full & Egal Universal Law Academy