24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tad-9 ta’ Ottubru 2012 — Région Poitou-Charentes vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-31/12) (1)
(Rikors għal annullament - Fondi Strutturali - Atti li ma jistgħux jiġu kkontestati - Att, parzjalment, informattiv, parzjalment, preparatorju - Inammissibbiltà)
2012/C 366/69
Lingwa tal-kawża: il-Franċiż
Partijiet
Rikorrent: Région Poitou Charentes (Franza) (rappreżentant: J. Capiaux, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: F. Dintilhac u A. Steiblytė, aġenti)
Suġġett
Talba għal annullament tad-deċiżjoni li tinkludi l-ittra tal-Kummissjoni, tat-18 ta’ Novembru 2011, li ssemmi bħala suġġett: “Għeluq tal-programm ‘Żona tal-Atlantiku’ 2000-2006, Approvazzjoni tar-rapport finali, CCI: 2001 RG 16 0PC 006)”.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Ir-Région Poitou Charentes ibati l-ispejjeż tiegħu stess, kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.
(1) ĠU C 109, 14.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy