15.2.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 45/31
Digriet tal-Qorti Ġenerali tas-26 ta’ Novembru 2013 — Pips vs UASI — s.Oliver Bernd Freier (ISABELLA OLIVER)
(Kawża T-38/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2014/C 45/51
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Pips BV (Amsterdam, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentant: J. van den Berg, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: s.Oliver Bernd Freier GmbH & Co. KG (Rottendorf, il-Ġermanja) (rappreżentanti: S. Körber u D. Kämper, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tal-20 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2420/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn s.Oliver Bernd Freier GmbH & Co. KG u Pips BV.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrenti hija kkundannata tbati l-ispejjeż tagħha kif ukoll dawk sostnuti mill-konvenut. L-intervenjenti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 89, 24.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy