12.5.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 142/34
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-5 ta’ Marzu 2013 – Chrysamed Vertrieb vs UASI – Chrysal International (Chrysamed)
(Kawża T-46/12) (1)
((“Trade mark Komunitarja - Proċedimenti ta’ oppożizzjoni - Irtirar tal-applikazzjoni għal reġistrazzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni”))
2014/C 142/44
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrenti: Chrysamed Vertrieb GmbH (Salzbourg, l-Awstrija) (rappreżentanti: inizjalment minn T. Schneider, sussegwentement minn M. Koch u finalment minn I. Rungg, avukati)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentant: G. Schneider, aġent)
Parti oħra fil-proċedimenti quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI, intervenjenti quddiem il-Qorti Ġenerali: Chrysal International BV (Naarden, il-Pajjiżi l-Baxxi) (rappreżentanti: A. Killan, M. Marell u M. Senftleben, avukati)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tat-22 ta’ Novembru 2011 (Każ R 64/2011-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Chrysal International BV u Chrysamed Vertrieb GmbH.
Dispożittiv
1)
Ma għadx hemm lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
2)
Chrysamed Vertrieb GmbH hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 98, 31.03.2012.
Full & Egal Universal Law Academy