24.11.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 366/35
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat- 8 ta’ Ottubru 2012 — ClientEarth vs Il-Kunsill
(Kawża T-62/12) (1)
(Rikors għal annullament - Aċċes għal dokumenti - Regolament (KE) Nru 1049/2001 - Opinjoni mogħtija mis-servizz legali tl-Kunsill dwar abbozz ta’ regolament tal-Parlament u tal-Kunsill, fir-rigward tal-aċċes publiku għad-dokumenti tal-Parlament, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni - Konferma tar-rifjut tal-għoti tal-aċċess sħiħ - Inammissibbiltà - Terminu għall-preżentata ta’ rikors - Kunċett ta’ att li jista’ jiġi kkontestat fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE - Att konfermatorju)
2012/C 366/70
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: ClientEarth (Londra, ir-Renju Unit) (rappreżentanti: O. Brouwer u P. van den Berg, avukati)
Konvenut: Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea (rappreżentanti: B. Driessen u C. Fekete, aġenti)
Suġġett
Talba għall-annullament tad-Deċiżjoni tal-Kunsill tas-26 ta’ Lulju 2010, li għandha r-referenza 24/c/01/11, li tirrifjuta li tagħti lir-rikorrenti aċċess sħiħ għall-opinjoni mogħtija mis-servizz legali tal-Kunsill tal-Unjoni (dokument Nru 6865/09) dwar l-abbozz ta’ emendi tal-Parlament Ewropew għall-proposta tal-Kummissjoni Ewropea ta’ regolament li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1049/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tat-30 ta’ Mejju 2001, dwar l-aċċess pubbliku għad-dokumenti tal-Parlament Ewropew, tal-Kunsill u tal-Kummissjoni (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 1, Vol. 3, p. 331).
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli.
(2)
Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni fuq it-talbiet għal intervent tar-Renju tad-Danimarka, tar-Repubblika tal-Finlandja u tar-Renju tal-Isvezja.
(3)
ClientEarth hija kkundannata għall-ispejjeż.
(1) ĠU C 109, 14.04.2012.
Full & Egal Universal Law Academy