28.7.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 227/22
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Ġunju 2012 — Strack vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-65/12 P) (1)
(Appell - Servizz Pubbliku - Uffiċjali - Dgriet tar-rinviju - Deċiżjoni li ma tistax tkun is-suġġett ta’ appell - Appell manifestament inammissibbli)
2012/C 227/37
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Appellanti: Guido Strack (Cologne, il-Ġermanja) (rappreżentant: H. Tettenborn, avukat)
Appellata: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentanti: H. Krämer u B. Eggers, aġenti)
Suġġett
Appell mid-Digriet tat-Tribunal għas-Servizz Pubbliku tal-Unjoni Ewropea (it-Tieni Awla), tas-7 ta’ Diċembru 2011, Strack vs Il-Kummissjoni (F-44/05 RENV, mhux ippubblikat fil-Ġabra), u li huwa intiż għall-annullament ta’ dan id-digriet.
Dispożittiv
(1)
L-appell huwa miċħud.
(2)
Guido Strack għandu jbati l-ispejjeż tiegħu kif ukoll dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea fil-kuntest ta’ din l-istanza.
(1) ĠU C 118, 21.4.2012.
Full & Egal Universal Law Academy