8.9.2012
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 273/10
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-12 ta’ Lulju 2012 — Chico’s Brands Investments vs UASI — Artsana (CHICO’S)
(Kawża T-83/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2012/C 273/17
Lingwa tal-kawża: l-Ingliż
Partijiet
Rikorrenti: Chico’s Brands Investments, Inc. (Fort Myers, l-Istati Uniti) (rappreżentant: T. Holman, solicitor)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: P. Geroulakos, aġent)
Parti oħra fil-kawża quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Artsana SpA (Grandate, l-Italja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI tas-27 ta’ Ottubru 2011 (Każ R 2084/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Artsana SpA u Chico’s Brands Investments, Inc.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni fuq ir-rikors.
(2)
Kull parti għandha tbati l-ispejjeż tagħha.
(1) ĠU C 118, 21.4.2012
Full & Egal Universal Law Academy