8.3.2014
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 71/21
Digriet tal-Qorti Ġenerali tat-13 ta’ Jannar 2014 — Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT vs Il-Kummissjoni
(Kawża T-134/12) (1)
(Rikors għal annullament u għad-danni - Kuntratti li jikkonċernaw għajnuna finanzjarja tal-Unjoni favur proġetti li jaqgħu fis-settur tar-riċerka u l-iżvilupp - Eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà - Assenza ta’ klassifikazzjoni mill-ġdid tat-talbiet - Inammissibbiltà)
2014/C 71/38
Lingwa tal-kawża: l-Ispanjol
Partijiet
Rikorrenti: Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA (Alicante, Spanja) (rappreżentant: M. Jiménez Perona, avukat)
Konvenuta: Il-Kummissjoni Ewropea (rappreżentani: R. Lyal u B. Conte, aġenti, assistiti minn J. Rivas Andrés u X. García García, avukati)
Suġġett
Minn naħa, talba għall-annullament tad-deċiżjoni li tinsab fl-ittra tal-Kummissjoni tat-13 ta’ Jannar 2012 dwar l-irkupru tal-ammonti msemmija fin-noti ta’ debitu li jikkorrispondu għall-awditu finanzjarju li ġiet suġġetta għalih ir-rikorrenti u, min-naħa l-oħra, talba għad-danni mhux kuntrattwali intiża sabiex il-Kummissjoni tiġi kkundannata għall-ħlas tad-danni fl-ammont ta’ EUR 732 768.
Dispożittiv
(1)
Ir-rikors huwa miċħud.
(2)
Investigación y Desarrollo en Soluciones y Servicios IT, SA għandha tbati, minbarra l-ispejjeż tagħha, dawk sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea, inklużi dawk relatati mal-proċeduri għal miżuri provviżorji.
(1) ĠU C 157, 2.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy