26.1.2013
MT
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea
C 26/49
Digriet tal-Qorti Ġenerali tal-20 ta’ Novembru 2012 — Geipel vs UASI — Reeh (BEST BODY NUTRITION)
(Kawża T-138/12) (1)
(Trade mark Komunitarja - Oppożizzjoni - Irtirar tal-oppożizzjoni - Ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni)
2013/C 26/98
Lingwa tal-kawża: il-Ġermaniż
Partijiet
Rikorrent: Yves Geipel (Auerbach, il-Ġermanja) (rappreżentant: J. Sachs, avukat)
Konvenut: L-Uffiċċju għall-Armonizzazzjoni fis-Suq Intern (Trade marks u Disinni) (rappreżentanti: G. Marten u R. Pethke, aġenti)
Parti oħra quddiem il-Bord tal-Appell tal-UASI: Jörg Reeh (Buxtehude, il-Ġermanja)
Suġġett
Rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni tal-Ewwel Bord tal-Appell tal-UASI, tat-12 ta’ Jannar 2012 (Każ R 2433/2010-1), dwar proċedimenti ta’ oppożizzjoni bejn Jörg Reeh u Yves Geipel.
Dispożittiv
(1)
Ma hemmx iktar lok li tingħata deċiżjoni dwar ir-rikors.
(2)
Ir-rikorrent huwa kkundannat għall-ispejjeż tiegħu, kif ukoll għall-ispejjeż tal-konvenut.
(1) ĠU C 157, 2.6.2012.
Full & Egal Universal Law Academy